It-Taàr

€10.00 inc. tax
Storja għall-addolexxenti, ġrajja li sseħħ f'ġejjieni mudlam u diffiċli.

Wieħed u sebgħin sena wara gwerra nukleari dinjija, il-ħajja tkarkar 'il quddiem b'ritmu mkisser, filwaqt li l-farka bnedmin li fadal jitwieldu, jgħixu u jmutu f'dinja mifnija mard li kulma jmur qiegħda tinbidel f'deżert radjuattiv. F'dik il-ħerba u disperazzjoni, tifel t'erbatax-il sena jissielet mal-ħajja fid-dell ta' torri kbir u misterjuż li baqa' inpenetrabbli għal għexieren ta' snin. Xi ħaġa iżda, se tinbidel dalwaqt.
Product Code: 9789995711436
Product Condition: New
Reviews
(write review)
Rakkont li jinvolvik - Mark Anthony
It-Taàr huwa t-tip ta' ktieb "uncluttered", fejn l-awtur jagħti stampa ċara ta' d-dinja wara apokalissi nukleari mingħajr ma jtellef il-mixja tan-narrativa. L-irkejjen fir-rakkont mhumiex mimlija u mballati b'deskrizzjonijiet - stedina lill-qarrejja biex jinvolvu ruħhom fir-rakkont. Il-postijiet fil-ktieb huma msejsa fuq postijiet vera u għal darb'oħra l-awtur iħalli lill-qarrej jasal għal-liem huma dawn il-postijiet. Għalkemm l-ambjent huwa aħrax ir-rakkont huwa leġġer u hemm mumenti ta' umoriżmu f'ħinhom u f'waqthom li 1) jagħmlu l-ambjent distopjan jidher aktar iebes u 2) itaffu xi ftit mill-piż. Fit-Taàr Malta tal-imgħoddi - dik li għall-qarrejja tiġi Malta ta' żmienhom, tal-lum - tingħata laqta mitoloġika, ta' żmien avvanzat. It-teknoloġija u l-istil ta' ħajja tal-imgħoddi, għalkemm familjari, huma deskritti b'tali mod li jħallu dak il-faxxinu u b'hekk il-qarrejja jistgħu jidħlu fiż-żarbun tal-karattri.
Iżommok bilqgħeda sa ma tlestih - Helga
Ktieb li jgiegħlek tirrifletti x'jista' jiġri fil-ġejjieni...li jżommok bilqgħeda sa ma tlestih. Nistennew bil-ħerqa ghall-ktieb li jmiss.

Featured Products

keep me informed

Location
Product Added to your Cart
x

-------- OR --------

FreeWebstore - online store builder More Info freewebstore
Report this Store
Are you concerned about the security of this store? Please contact our security team via security@freewebstore.com
Is this store safe?
eCommerce Websites
Freewebstore, providing eCommerce for everyone. Visit us today and create your very own eCommerce store - FOR FREE
Visit freewebstore.com
Are you the Store Owner?
You can remove this banner and have access to our fantastic premium features by upgrading your online store.
Learn More